It-tibdil propost fil-Pjan Lokali għas-sit ta’ Villa Rosa se jkollu impat enormi fuq il-lokalitajiet ta’ Pembroke, is-Swieqi, u San Ġiljan. Skont il-pjan rivedut propost, jistgħu jitilgħu binjiet li jaslu sa 39 sular, flimkien ma’ żewġ torrijiet addizzjonali ta’ 22 sular li se jidfnu għalkollox il-Bajja ta’ San Ġorġ u jordmu lir-residenti tal-madwar. L-impronta tal-iżvilupp se […]