Konferenza Stampa – Dokument ta’ Riformi fiċ-Ċittadinanza

Ingħaqdu magħna għall-Konferenza Stampa nhar it-Tlieta, 30 ta’ Ġunju, quddiem il-Parlament, fejn se nkunu qed inniedu dokument bi proposti għal riformi sabiex tfal li twieldu Malta u huma mingħajr stat ma jibqgħux f’din is-sitwazzjoni.

Malta għadha m’għandhiex proċeduri effettivi biżżejjed biex tagħraf meta persuna hija mingħajr stat, jew biex tiżgura li dawn it-tfal ikunu jistgħu jiksbu ċittadinanza. Minħabba f’hekk, hemm numru ta’ tfal li qed jiffaċċjaw diversi ostakli biex jgħixu b’mod dinjituż u stabbli fis-soċjetà tagħna.

Aħna qed nipproponu lista ta’ riformi realistiċi li jistgħu jiġu implimentati fil-proċeduri ta’ Malta sabiex titnaqqas il-burokrazija u b’hekk dawn it-tfal ikun jista’ jkollhom futur stabbli f’pajjiż li jagħmlu parti minnu.

Nixtiqukom tingħaqdu magħna għat-tnedija ta’ dan id-dokument bħala turija ta’ solidarjetà!

******

Join us for a press conference on Tuesday 30th June in front of Parliament, where we will be publishing a reform document on statelessness.

Malta has not established effective procedures to identify stateless persons or mechanisms to resolve their statelessness. As a result, children in Malta are growing up without a nationality, in conditions of legal uncertainty and without a realistic pathway to full inclusion in the only society they have ever known.

Through this document, we are proposing a set of targeted, implementable policy reforms that would align Malta’s legal framework with international standards and contribute to the prevention and reduction of child statelessness.

We hope to see you there in solidarity!