Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Studenti Graffitti at the KSU Freshers’ Week 2021

Studenti Graffitti will be present at The KSU Freshers’ Week 2021 on Monday the 4th and Wednesday 6th of October between 9 a.m. and 3.30 p.m.

We invite you to visit our stand if you are interested in joining an organisation which is active in the community in areas such as the environment, feminism, worker’s rights, immigration, LGBTIQ+ rights and more.

Members from Moviment Graffitti will be present to explain what the role of the organisation is in the current context ad give you more information on current campaigns such as the campaign against the Marsaskala Yacht Marina, the pro-choice campaign and others.

We would like to hear your ideas on the issues or problems you find at University so that Studenti Graffitti can also be a platform for student campaigns. We will also explain our vision for students within the University and our ideas on student internships, student accommodation and sexual and reproductive rights.

We have plenty of activities and events lined up so head over to our stand to know more!

We want to raise awareness on issues within and without the University and work for a fairer society so that we can truly be active students in Maltese society.

******

Studenti Graffitti ser ikunu l-Freshers Weeks 2021 tal-KSU nhar it-Tnejn 4 ta’ Ottubru u l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru bejn id-9 a.m. u t-3.30 p.m.

Nistednukom tiġu sa ħdejna jekk intom interessati tissieħbu f’organizzazzjoni attiva f’oqsma bħall-ambjent, il-femminiżmu, id-drittijiet tal-ħaddiema, l-immigrazzjoni, id-drittijiet LGBTIQ+ u iktar.

Fil-ġranet imsemmija, ser tkunu tistgħu tiltaqgħu ma’ uħud mill-membri tal-Moviment Graffitti biex jgħidulkom ftit iktar dwar ir-rwol li qiegħda taqdi l-organizzazzjoni bħalissa, pereżempju fil-kampanji attwali kontra l-Yacht Marina ta’ Wied il-Għajn, il-kampanja favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort u kwistjonijiet oħra.

Nixtiequ nsiru nafu iktar dwar il-problemi li tħossu li hemm l-Università sabiex Studenti Graffitti jaġixxu ta’ pjattaforma għal kampanji li jolqtu direttament lill-istudenti. Ser naqsmu magħkom ukoll il-viżjoni tagħna għall-ħajja tal-istudenti fl-Università – ideat dwar internships, l-akkomodazzjoni tal-istudenti u d-drittijiet sesswali u riproduttivi.
Żur ir-rokna tagħna wkoll biex tiskopri l-bosta attivitajiet li għandna pjanati!

Nixtiequ nqajjmu interess kemm fil-kwistjonijiet li jolqtu lill-Università kif ukoll f’dawk li jolqtu lill-bqija tal-komunità. Nixtiequ naħdmu għal soċjetà iktar ġusta sabiex tassew inkunu nistgħu ngħidu li aħna studenti attivi fis-soċjetà Maltija.

Narawkom hemm!