Screening // Dibattitu
R/Evoluzzjoni – 25 Sena ta’ Attiviżmu – Moviment Graffitti
L-Università – KSU Common Room
Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru waqt id-Degree+ fin-12:30pm, Studenti MG ħa juru d-dokumentarju dwar l-istorja tal-Moviment Graffitti f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-moviment. Wara ħa ssir diskussjoni dwar l-attiviżmu studentesk fil-kuntest lokali, speċjalment fl-Università ta’ Malta. Il-kelliema se jkunu Andre Callus (Moviment Graffitti), Celine Bartolo (KSU – Kunsill Studenti Universitarji) u Eman Borg (KNŻ – Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ). Imexxi d-diskussjoni Kurt Borg, riċerkatur u għalliem fid-Dipartiment tal-Filosofija b’dottorat fil-Filosofija. Inħeġġukom tiġu biex taraw id-dokumentarju u wara tieħdu sehem fid-diskussjoni.
- Id-dokumentarju huwa bil-Malti b’sottotitli Ingliżi
- Id-diskussjoni ħa tkun bil-Malti
*************
Screening // Debate
R/Evoluzzjoni – 25 Years of Activism – Moviment Graffitti
University – KSU Common Room
On the 27th November at 12:30pm (Degree+ Hours), Studenti MG will be showing a documentary on the story of Moviment Graffitti on their 25 year anniversary. After the screening there will be a discussion on local student activism, especially within the University of Malta. Speakers include Andre Callus (Moviment Graffitti), Celine Bartolo (KSU – Kunsill Studenti Universitarji) and Eman Borg (KNŻ – Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ). The discussion will be moderated by Kurt Borg, researcher and lecturer in the Department of Philosophy – University of Malta with a PhD in Philosophy. We strongly encourage you to come to the screening and take part in the discussion.
- The documentary will be shown in Maltese with English subtitles
- The discussion will be held in Maltese