Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Konferenza Stampa – Tifgawx Marsaskala!

LE għall-Yacht Marina f’Marsaskala!

⚠️ Transport Malta għadha kemm ħarġet sejħa għall-bini ta’ Yacht Marina f’Marsaskala. Il-pjanijiet proposti ser joħonqu l-bajja kollha u jifgaw il-madwar. Matul din il-Konferenza Stampa, ir-residenti ta’ Marsaskala, għaqdiet Skalin u l-Moviment Graffitti ser jispjegaw għaliex dan il-proġett huwa oxxenità kbira li jistħoqqlu kull oppożizzjoni. Ser jitħabbru wkoll il-passi li jmiss sabiex in-nies iwaqqfu din il-pastażata.

🔴 Il-proġett propost tal-Yacht Marina f’Marsaskala jinkludi mollijiet għall-jottijiet f’kull parti tal-bajja, mekkaniżmi biex jitnaqqsu l-kurrenti tal-baħar li jagħtu ħajja lill-istess bajja, kif ukoll reklamazzjoni tal-art li se teqred qiegħ il-baħar.

🚧 Dan kollu ġiet propost mingħajr ma saret ebda konsultazzjoni mar-residenti jew partijiet oħra direttament interessati fil-lokalità. Il-proposta tal-Yacht Marina hija wkoll prova oħra ta’ kemm l-hekk imsejjaħ Design Contest għar-rigenerazzjoni ta’ Marsaskala, li nediet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ftit tax-xhur ilu, ma huwa xejn ħlief messa-in-xena għal pjanijiet li ilhom li tħejjew minn wara dahar kulħadd.

📣 Il-pubbliku huwa mistieden jattendi din il-Konferenza Stampa. Se nkunu qed insegwu l-miżuri tad-distanza soċjali kollha.

********

PRESS CONFERENCE – DO NOT SUFFOCATE MARSASKALA!

NO to the Yacht Marina in Marsaskala!

⚠️ Transport Malta has issued a call for a Yacht Marina in Marsaskala. The plans reveal complete takeover of the bay and suffocation of the surrounding areas. During this press conference, residents, local organisations and Moviment Graffitti will explain how this project is an abomination and call for widespread opposition. Further action to halt this obscenity will also be announced.

🔴 The proposed project in Marsaskala includes berths for yachts on every part of the bay, mechanisms to harness the very waves which give life to the bay and land reclamation set to destroy the seabed.

🚧 The proposal sidelined any form of consultation with residents or stakeholders with direct interest in the locality. Plans for the Yacht Marina further prove that the Malta Tourism Authority’s Design Contest for the regeneration of Marsaskala, launched a few months ago, is nothing but the carrying out of secret plans long in the making.

📣 The public is invited to attend this Press Conference. Social distancing rules will be respected.