Loading Events

Events

Il-Marċ ta’ Jum il-Mara 2026: Jum il-Mara Kuljum!

Join us on the 8th of March in our fight for solidarity, liberation, and equality. This International Women’s Day we are marching the streets of Valletta to raise our voices and demand dignity and justice for all women, non-binary, and trans folk.

The first Women’s March in 1909 grew out of the labour movement as women marched for shorter working hours, better pay and the right to vote. While International Women’s Day celebrates how far women’s rights and gender equality have come, it is critical to highlight the erasure of women’s rights across the world, as well as the effects of gender violence and abuse.

In the past years, women around the globe, including in Iran, Palestine, Afghanistan and Sudan, have been fighting for their rights amongst war and violence. 1 out of 3 women in the EU aged 18-74 have experienced physical or sexual violence. And women in Malta are still denied their reproductive autonomy due to the criminalisation of abortion.

Women face struggles every day, which is why this year our theme is “Women’s day every day”.

Whilst women continue to fight for what they deserve, we will keep advocating for policies and legislations that help women, we will keep calling out sexist and abusive behaviour, and we will not stop being loud until every woman is free.

The Women’s March will start at Triton Fountain in Floriana at 15:00 and will finish at St. George’s square with speeches, and live music.

Let’s voice our anger against the injustices that we face on a daily basis.

Let’s march together as one voice, as sisters united in our struggle for change.

******

Ingħaqdu magħna fit-8 ta’ Marzu fil-ġlieda tagħna għas-solidarjetà, il-libertà u l-ugwaljanza. F’dan il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, se nimxu fit-toroq tal-Belt Valletta biex ngħollu leħinna u nitolbu dinjità u ġustizzja għan-nisa kollha, persuni non-binary u trans.

L-ewwel marċ ta’ Jum il-Mara fl-1909 ħareġ mill-moviment tal-ħaddiema, meta n-nisa ħarġu fit-toroq biex jitolbu sigħat tax-xogħol iqsar, paga aħjar u d-dritt tal-vot. Filwaqt li l-Jum Internazzjonali tan-Nisa jiċċelebra l-avvanzi fid-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, huwa kruċjali li nkomplu nenfasizzaw it-tnaqqir tad-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja, kif ukoll l-effetti tal-vjolenza u l-abbuż ibbażati fuq il-ġeneru.

Fl-aħħar snin, nisa madwar id-dinja — inkluż fl-Iran, fil-Palestina, fl-Afganistan u fis-Sudan — ilhom jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom qalb gwerer u vjolenza. Mara waħda minn kull tlieta fl-UE, bejn it-18 u l-74 sena, esperjenzat xi forma ta’ vjolenza fiżika jew sesswali. U n-nisa f’Malta għadhom miċħuda mill-awtonomija riproduttiva tagħhom minħabba l-kriminalizzazzjoni tal-abort.

In-nisa jaffaċċjaw sfidi kuljum, u għalhekk it-tema ta’ din is-sena hija “Jum il-Mara Kuljum”

In-nisa se jkomplu jiġġieldu għal dak li jistħoqqilhom. Aħna se nkomplu ninsistu għal politiki u liġijiet li jappoġġjaw lin-nisa, se nkomplu nikkundannaw imġieba sessista u abbużiva, u mhux se nieqfu nsemmgħu leħinna sakemm kull mara tkun ħielsa.

Il-Marċ se jibda mill-Funtana tat-Tritoni fil-Furjana fit-15:00 u jintemm fi Pjazza San Ġorġ b’diskorsi u mużika live.

Ejjew ngħollu leħinna kontra l-inġustizzji li naffaċċjaw ta’ kuljum.

Ejjew nimxu flimkien, b’vuċi waħda, bħal aħwa magħqudin fil-ġlieda tagħna għall-bidla ta’ veru.