Il-kampanja favur Ġustizzja għal Artna se tkompli, u mill-ġdid qed nitolbu l-appoġġ sħiħ tagħkom.
Nhar is-Sibt, 11 ta’ April, se nniedu Ġustizzja għal Artna: Ir-Riformi li Neħtieġu. Filwaqt li se ntennu t-talba tagħna sabiex jiġu rtirati ż-żewġ abbozzi tal-liġi u t-tliet avviżi legali li ressaq il-Gvern, se nippreżentaw ukoll il-proposti tagħna għal riforma fl-ippjanar ta’ veru, imsejsa fuq l-interessi ta’ pajjiżna u mhux l-interessi tal-iżviluppaturi.
Ilna snin twal nitolbu b’mod urġenti riforma fl-ippjanar li tindirizza l-ħerba li għandna fl-ippjanar, fl-ambjent u fil-kwalità tal-ħajja tagħna – minn bini bl-addoċċ sa kummerċ bla rażan, assalt fuq il-biedja, u qerda tal-ambjent naturali.
Għalhekk, meta f’Lulju li għadda l-Gvern ippreżenta l-hekk imsejħa riforma fl-ippjanar, li fil-fatt kienet lista tax-xewqat tal-iżviluppaturi, ir-rabja ta’ ħafna nies kellha żewġ aspetti: dawn il-liġijiet mhux biss kienu se jżarmaw il-protezzjoni li għad fadal mir-regħba tal-ftit, imma kienu wkoll opportunità mitlufa biex isiru r-riformi li veru neħtieġu.
Ingħaqdu magħna għal konferenza stampa nhar is-Sibt, 11 ta’ April, fl-10.30am, quddiem Kastilja, sabiex nuru li l-poplu jrid riforma li tħares il-ġid komuni. Se nippreżentaw erba’ proposti fl-oqsma ta’: l-appelli fl-ippjanar, l-infurzar, is-sanzjonar fl-ODZ, u l-klassifikazzjoni ta’ art bħala ODZ.
Narawkom.
The campaign in favor of justice for our land will continue, and once again we are asking for your full support.
On Saturday, 11 April, we will launch Ġustizzja għal Artna: The Reforms We Need. While we will reiterate our call for the withdrawal of the two bills and the three legal notices put forward by the Government, we will also present our proposals for genuine planning reform, based on the interests of our country rather than those of developers.
For many years, we have been urgently calling for planning reform that addresses the mess we are facing in planning, the environment, and our quality of life — from unbridled construction to unrestrained commercial activity, attacks on agriculture, and the destruction of the natural environment.
Therefore, when last July the Government presented the so-called planning reform, which in reality was a developers’ wish list, many people’s anger had two dimensions: these laws would not only dismantle what little protection remains from the greed of a few, but they also represented a missed opportunity to implement the reforms we truly need.
Join us for a Press Conference on Saturday, 11 April, at 10:30am, in front of Castille, to show that the people want reforms for the common good. We will present four proposals in the areas of: planning appeals, enforcement, sanctioning in ODZ areas, and the classification of land as ODZ.
See you there.
