The Ġustizzja għal Artna campaign is urging the public to contact their elected representatives and call on them to take a stand against the Government’s proposed laws that would dismantle existing planning and environmental protections.
To make this easier, the campaign has made a pre-drafted email available, allowing citizens to remind Members of Parliament that their loyalty should lie with the people, not with developers.
The email highlights the serious problems found in Bills 143 and 144 and in the three accompanying legal notices. These include the extensive and arbitrary powers that would be granted to the Planning Authority, the new obstacles that would restrict the right to appeal Planning Authority decisions, the removal of the Courts’ power to strike down illegal permits, and a sweeping amnesty for environmental illegalities.
The letter calls on MPs to reject what it describes as “the structurally rotten reforms in Bills 143 and 144 and the accompanying legal notices,” and urges them to “speak out in Parliament, in the media, on social platforms, in meetings, and in the streets.”
It also warns: “Should you remain silent and complicit as these unjust reforms move forward, your message to the public will be clear: that you are using your elected position to favour developers and speculators who seek to erode the quality of life in the Maltese Islands for personal gain, at the expense of the public good.”
The Ġustizzja għal Artna campaign also reminds the public of the protest taking place on Monday, 27 October, at 5.30pm. The march will start at the Law Courts and end outside Parliament, where people will have the opportunity to make their anger at this developers’ coup heard directly by the MPs.
******
Ġustizzja għal Artna tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jikkuntattja lill-MPs u jitolbuhom jopponu l-liġijiet tal-ippjanar qerrieda li qed iressaq il-Gvern
Il-kampanja Ġustizzja għal Artna qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jikkuntattja lir-rappreżentanti eletti tiegħu u jappellalhom jieħdu pożizzjoni kontra l-liġijiet proposti tal-Gvern li se jżarmaw is-salvagwardji eżistenti fil-qasam tal-ippjanar u l-ambjent.
Sabiex tagħmel dan aktar faċli, il-kampanja ħejjiet messaġġ b’email miktub bil-lest, sabiex iċ-ċittadini jfakkru lill-Membri tal-Parlament li l-lealtà tagħhom għandha tkun lejn il-poplu, u mhux lejn l-iżviluppaturi.
L-email tixħet dawl fuq il-problemi serji fl-Abbozzi 143 u 144, u fit-tliet avviżi legali li jakkumpanjawhom. Dawn jinkludu s-setgħat estensivi u arbitrarji li se jingħataw lill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ostakli l-ġodda li se jirrestrinġu d-dritt li wieħed jappella d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar, it-tneħħija tas-setgħa tal-Qorti li tħassar permessi illegali, u amnestija totali għall-illegalitajiet ambjentali.
L-ittra qed tappella lill-MPs biex jieħdu pożizzjoni kontra dak li qed jiġi deskritt bħala “ir-riformi strutturalment ħżiena fl-Abbozzi ta’ Liġi 143 u 144 u l-avviżi legali li jakkumpanjawhom,” u tħeġġiġhom biex “jesprimu ruħhom fil-Parlament, fil-midja, fuq il-pjattaformi soċjali, waqt il-laqgħat, u fit-toroq.”
Twissi wkoll li: “Jekk tibqgħu siekta, tkunu kompliċi u tħallu dawn ir-riformi inġusti jimxu ‘l quddiem, il-messaġġ tagħkom lill-pubbliku se jkun ċar: li qed tużaw il-pożizzjoni eletta tagħkom biex tiffavorixxu żviluppaturi u spekulaturi li qed ifittxu li jfarrku l-kwalità tal-ħajja fil-Gżejjer Maltin għall-gwadann personali tagħhom u għad-detriment tal-ġid pubbliku.”
Il-kampanja Ġustizzja għal Artna qed tfakkar ukoll lill-pubbliku dwar il-protesta li se ssir it-Tnejn, 27 ta’ Ottubru, fil-5.30pm. Il-marċ se jibda minn quddiem il-Qorti u jispiċċa quddiem il-Parlament, fejn il-poplu se jkollu ċ-ċans isemma’ r-rabja tiegħu kontra dan il-kolp ta’ stat mill-iżviluppaturi direttament lill-MPs.