Moviment Graffitti supports the introduction of voluntary euthanasia, believing that individuals should have the autonomy to choose to end their pain and suffering when faced with a terminal or incurable illness. While respecting the diversity of worldviews and perspectives on life, suffering, and death, the state and others should not impose their beliefs on those who may wish to make this deeply personal choice in the absence of hope for recovery.
Moviment Graffitti also recognises that voluntary euthanasia is not solely a matter of individual choice, but also a complex social issue that carries potential risks – such as the possibility of coercion or the danger that individuals may opt for euthanasia due to inadequate medical and social care.
Therefore, it is essential that the introduction of voluntary euthanasia be accompanied by a robust regulatory framework and effective institutions to prevent abuse and unintended consequences. Additionally, there must be a strong emphasis on ensuring access to high-quality palliative care and comprehensive community support, so that the decision to pursue euthanasia remains truly voluntary and not driven by avoidable circumstances.
******
Kura ta’ Kwalità u Regolamenti Sodi Għandhom Jakkumpanjaw l-Introduzzjoni tal-Ewtanasja Volontarja
Il-Moviment Graffitti jappoġġja l-introduzzjoni tal-ewtanasja volontarja għax jemmen li l-individwi għandu jkollhom l-awtonomija li jagħżlu li jtemmu l-uġigħ u t-tbatija tagħhom meta jaffaċċjaw marda terminali jew li m’hemmx fejqan għaliha. Filwaqt li jirrispetta d-diversità ta’ fehmiet u perspettivi dwar il-ħajja, it-tbatija u l-mewt, l-istat u oħrajn m’għandhomx jimponu t-twemmin tagħhom fuq dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu din id-deċiżjoni personali ħafna meta ma jkunx hemm tama għall-fejqan.
Il-Moviment Graffitti jagħraf li l-ewtanasja volontarja mhijiex biss kwistjoni ta’ għażla individwali, iżda wkoll kwistjoni soċjali kumplessa li ġġorr magħha riskji potenzjali – bħall-possibbiltà ta’ sfurzar jew il-periklu li persuni jagħżlu l-ewtanasja minħabba nuqqasijiet fil- kura medika u soċjali.
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-introduzzjoni tal-ewtanasja volontarja tkun akkumpanjata minn qafas regolatorju sod u istituzzjonijiet effettivi biex jiġu evitati abbużi u konsegwenzi mhux intenzjonati. Barra minn hekk, għandu jkun hemm enfasi qawwi fuq li jiġi żgurat l-aċċess għal kura palljattiva ta’ kwalità għolja u appoġġ komunitarju komprensiv, sabiex id-deċiżjoni li persuni jipproċedu bl-ewtanasja tibqa’ verament volontarja u mhux imbuttata minn ċirkostanzi li jistgħu jiġu evitati.