Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Ħalluhom hemm! – Protesta Quddiem il-Kunsill Lokali tal-Mosta

Is-Sindku, il-Kunsill Lokali tal-Mosta u l-ERA ħasdu lill-Mostin u ħafna Maltin oħra meta ħabta u sabta bdew iqaċċtu s-siġar tal-pjazza tal-Mosta.

Dalgħodu rnexxielna nwaqqfuhom milli jkomplu b’din il-ħerba. Iżda hemm bżonn li l-għadab tal-Mostin u dawk kollha kontra din l-oxxenità jinstema’ ċar.

Narawkom l-Erbgħa fis-6.30pm, quddiem il-Kunsill Lokali tal-Mosta.

Dawn is-siġar huma l-memorja kollettiva tagħna. Dawn is-siġar joffru dell u mistrieħ lill-Mostin u lil kull min iżur il-lokalità. Dawn is-siġar joffru kenn lil mijiet ta’ ħlejjaq, fosthom mijiet ta’ għasafar li spiċċaw bla dar.

Għadkom fiċ-ċans. ĦALLUHOM HEMM!