Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

DIMOSTRAZZJONI – Jum il-Mara Kuljum – Mill-Kliem Għall-Fatti

📢 Moviment Graffitti, Young Progressive Beings, Women’s Rights Foundation u Doctors for Choice qed jistiednu lil kulħadd għall-Marċ tal-Jum Internazzjonali tal-Mara li se jsir nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu, il-Belt. Niltaqgħu fejn il-Funtana tat-Tritoni fil-11.00 a.m. Wara l-Marċ se jkun hemm ftit diskorsi u kanzunetti.

♀️L-attività semmejniha “Jum il-Mara Kuljum: Mill-kliem għall-fatti” biex nisħqu fuq il-ħtieġa li naħdmu u niġġieldu għall-bidla ta’ veru. Qegħdin insejħu għal strateġiji effettivi biex jiġu implimentati fuq medda ta’ żmien, biex is-sistema tinbidel f’waħda li verament ittejjeb il-ħajja tan-nisa fis-soċjetà.

✊🏽 Qegħdin nistiednu lin-nisa u lil dawk kollha li jridu jsemmgħu leħinhom kontra l-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u kontra s-sessiżmu biex jingħaqdu magħna. Tistgħu iġġibu l-plakards magħkom. Aħna kollha differenti, imma kull mara taffaċċja problemi simili minħabba s-sistema patrijarkali li ngħixu fiha, imma nistgħu ningħaqdu flimkien biex inbiddlu din ir-realtà. Il-preżenza tiegħek hija importanti!

💜💜💜💜

📢 Moviment Graffitti, Young Progressive Beings, Women’s Rights Foundation and Doctors for Choice are inviting everyone to a march in Valletta on Sunday 6th March, on the occasion of the the International Women’s Day. We are gathering near the Tritons Fountain at 11.00 a.m. The march will be followed by a few speeches and songs.

♀️ We called the event “Women’s Day every day: Less words more action” to emphasize the necessity of advocating and fighting for actual change to happen. We are demanding strategies to be implemented to sustain long term, systemic changes that will truly improve the lives of women in society.

✊🏽 We invite all women and all those who want to raise their voice against gender inequality and sexism to join us. You can bring your own placards and signs. We are all different, yet everyone faces similar struggles caused by a patriarchal society and we can join forces to change this reality. Your presence is important!