Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

Ir-relazzjoni bejn Malta u l-Palestina – l-irwol tas-solidarjetà

It-tkeċċija tal-Palestinjani minn djarhom f’Al-Quds (f’Ġerusalemm) f’April li għadda wasslet għal numru ta’ protesti mhux biss fil-Palestina stess imma anki f’ħafna pajjiżi oħrajn. Is-solidarjetà mal-poplu Palestinjan u r-rabja għall-okkupazzjoni tal-Palestina mill-Iżrael, intwerew f’Malta wkoll. Din ir-reazzjoni mingħajr preċedent tal-komunità lokali tidher li tagħmel parti minn attitudni iktar wiesgħa ta’ simpatija globali lejn is-sofferenza tal-poplu Palestinjan.

🇵🇸 Waqt din id-diskussjoni se nkunu qegħdin nesploraw l-oriġini tas-solidarjetà murija minn Maltin qabilna lejn il-kawża Palestinjana, l-effetti u l-implikazzjonijiet ta’ din is-solidarjetà u r-rwol li kellha Malta f’dan l-hekk imsejjaħ kunflitt.

🇲🇹 Se niddiskutu r-relazzjoni bejn Malta u l-Palestina, ir-rwol tas-solidarjetà f’din ir-relazzjoni u nħarsu wkoll lejn x’jistgħu ikunu l-passi li jmiss biex din il-kriżi tkun riżolta darba għal dejjem.

🎤 Għall-attività se jkun hemm panel kompost mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo, l-attivist Andre Callus u l-ex ġurnalist u Regional Media Adviser għal-Lvant Nofsani fuq il-Kunsill Norveġiż tar-Refuġjati, Karl Schembri.

Id-diskussjoni se ssir fil-KSU-PwC Common Room ġewwa l-Università ta’ Malta, L-Imsida fis-27 ta’ Lulju fis-6:00pm, b’numru limitat ħafna ta’ postijiet minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19.

🔴 Min jixtieq jibbukkja post u jattendi d-diskussjoni personalment huwa mitlub jikkuntattjana direttament permezz ta’ messaġġ fuq Facebook.

🎥 L-attività se tkun imxandra diretta mill-paġna tagħna ta’ Facebook.

Id-diskussjoni se tkun immexxija mill-ġurnalist tal-MaltaToday, James Debono.