Moviment Graffitti logo

Latest News

Organisations slam Planning Authority for concealing important studies of DB project

Organisations slammed the Planning Authority for keeping important studies relating to the DB’s ITS project concealed from the public. Despite the fact that there is only one week left for the public to make representations about the application, the PA has not released crucial studies such as the photomontages, notes on the traffic impact statement, shadowing studies and the social impact assessment statement.

This seriously impedes the right of the public to view all available information at an early stage so as to be able to scrutinise it fully. It is another shameful indictment of the Planning Authority’s lack of transparency.

The Planning Authority should make these documents public at once and extend the time frame for people to make representations. This application has been dogged with “mistakes” which are always made at the public’s expense.

The public can object to the DB’s project by following this link.

Organisations

  1. Bicycle Advocacy Group
  2. BirdLife Malta
  3. Din l-Art Ħelwa
  4. Flimkien għal Ambjent Aħjar
  5. Friends of the Earth Malta
  6. Moviment Graffitti
  7. Nature Trust Malta
  8. The Archaeological Society of Malta

______________________________________________________________


Għaqdiet jikkundannaw lill-PA wara l-ħabi ta’ studji importanti dwar il-proġett tad-DB

Numru ta’ għaqdiet qed jikkundannaw lill-Awtorità tal-Ippjanar wara li din żammet studji importanti marbutin mal-proġett tad-DB fis-sit tal-ITS moħbija mill-pubbliku. Minkejja l-fatt li l-pubbliku baqagħlu biss ġimgħa żmien sabiex jagħmel rappreżentazzjonijiet dwar din l-applikazzjoni, il-PA għadha ma ppublikatx studji essenzjali bħal photomontages, noti fuq l-impatt tat-traffiku, studji dwar id-dellijiet li se joħloq il-proġett u l-assessjar tal-impatt soċjali.

Dan qed iżomm lill-pubbliiku milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jara l-informazzjoni kollha fl-ewwel stadji tal-applikazzjoni, sabiex ikun jista’ jiskrutinizza kollox. Għal darb’oħra, qed naraw biċ-ċar in-nuqqas ta’ trasparenza li taħdem biha fl-Awtorità tal-Ippjanar.

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku minnufih u testendi ż-żmien li fih in-nies jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet. Din l-applikazzjoni kienet, mill-bidu nett tagħha, mimlija “żbalji” li dejjem saru askapitu tal-poplu.

Il-pubbliku jista’ joġġezzjona għall-proġett tad-DB billi jsegwi din il-ħolqa.

Għaqdiet

  1. Bicycle Advocacy Group
  2. BirdLife Malta
  3. Din l-Art Ħelwa
  4. Flimkien għal Ambjent Aħjar
  5. Friends of the Earth Malta
  6. Moviment Graffitti
  7. Nature Trust Malta
  8. The Archaeological Society of Malta

Latest from our blog

Last Tuesday, Prime Minister Robert Abela was busy titillating developers with the prospect of changes to the Local Plans that...

Today, three Gozitan NGOs — Għawdix, Din l-Art Ħelwa – Għawdex, and Wirt Għawdex — together with Moviment Graffitti stormed Fort Chambray...

Moviment Graffitti is proud to announce the launch of ‘FEJN KONTU?!’, a commemorative exhibition that marks 30 years of activism...