Latest News

Warning of direct action if Carlos Stivala does not remove his illegality

Developer Carlos Stivala is currently taking over illegally, public space in front of his hotel in Sliema, part of which has also been built illegally.

Without any type of permit, yesterday Carlos Stivala went ahead and put up a large tent on the pavement and in a space reserved for parking, laid his private paving, and brought out tables and chairs. This setup is obstructing people who want to walk through the area and is creating a danger, also because because it is located on a corner.

We are issuing a warning that we hope will be heard immediately by Carlos Stivala and by the authorities, who have so far taken no action: if the commercial activity under this tent does not stop immediately, and if this illegal tent is not removed within one week from today, we will be taking direct action to stop this theft of our public land and the total disrespect shown to ordinary citizens.

If we have to resort to such action, nobody can tell us that “we are taking the law into our own hands”. The law is being flouted by bullies like Carlos Stivala, who simply because they have a lot of money, think that the law does not apply to them. It is up to us to defend our rights.

And to Carlos Stivala we say: We know that you have a reputation for being a particularly unpleasant person. But we will not be intimidated by you.

We expect this illegal tent to have been removed by Friday, 9 October. If not, the people will have to defend themselves.

******

Twissija ta’ azzjoni diretta jekk Carlos Stivala ma jneħħix l-illegalità tiegħu

L-iżviluppatur Carlos Stivala bħalissa qiegħed jaħtaf illegalment spazju pubbliku quddiem il-lukanda tiegħu f’Tas-Sliema, li parti minnha hija wkoll mibnija illegalment.

Mingħajr ebda tip ta’ permess, ilbieraħ Carlos Stivala qabad u rama tinda kbira fuq il-bankina u fuq iż-żona tal-parkeġġ, qiegħed l-ippavimentar privat tiegħu, u ħareġ l-imwejjed u s-siġġijiet. L-armar qed jostakola lin-nies li jridu jimxu minn hemmhekk, u qiegħed ikun ta’ periklu, anke għaliex jinsab f’kantuniera.

Qegħdin nagħmlu avviż li nisperaw jinstema’ minnufih minn Carlos Stivala u mill-awtoritajiet (li ma ħadu l-ebda azzjoni): jekk l-attività kummerċjali taħt din it-tinda mhix se tieqaf immedjatament, u jekk din it-tinda illegali mhix se titneħħa fi żmien ġimgħa mil-lum, aħna se nkunu qed nieħdu azzjoni diretta biex inwaqqfu dan is-serq ta’ artna u ż-żebliħ taċ-ċittadin komuni.

F’każ li jkollna nirrikorru għal din l-azzjoni, ħadd ma jista’ jiġi jgħid li “qed nieħdu l-liġi b’idejna”. Il-liġi qed tiġi mżebilħa minn bullies bħal Carlos Stivala, li sempliċiment għax għandhom ħafna flus, il-liġi ma tgħoddx għalihom. Sta għalina li niddefendu d-drittijiet tagħna.

U lil Carlos Stivala ngħidulu: nafu li għandek il-fama ta’ persuna mill-agħar. Imma mhux se nibżgħu minnek.

Qegħdin nistennew li sa nhar il-Ġimgħa, 9 t’Ottubru, din it-tinda illegali tkun tneħħiet. Jekk le, il-poplu se jkollu jiddefendi ruħu.

Latest from our blog

Moviment Graffitti thanks the public for their participation in the fight to Save Comino, following yesterday’s Planning Tribunal (EPRT) decision...

As we have been doing every year for the past seven years, the reproductive justice coalition “Voice for Choice” organised...

It verges on the incredible that, a full two weeks after the incriminating chats between Johann Buttigieg and Yorgen Fenech...