It has been truly heartwarming to spend four days at Kamp Ġustizzja għal Artna surrounded by solidarity, receiving countless messages of support, witnessing generous acts of encouragement, and engaging in conversations with people from all walks of life. We extend our sincere gratitude to everyone who participated in the camp, as well as to all those who supported it in any way.
We believe our message has been heard loud and clear, particularly following Monday evening’s protest, when thousands of people who love their country stood together to demand the withdrawal of the destructive planning laws. As the camp’s objectives have been achieved, activists will today begin dismantling the site while preparing for the next steps in the Ġustizzja għal Artna campaign.
We remain convinced that the proposed laws were designed to serve developers’ wishes, disempower the ordinary citizen, and open every corner of our islands to unrestrained construction.
We also take note of the Government’s stated commitment to substantially revise the planning laws and to consult with the organisations before proceeding with the parliamentary process. While we welcome this commitment, we firmly believe that Malta needs a genuine planning reform process built around the wellbeing of the country and its people, not the interests of developers. We have yet to see to what extent, and in what direction, the Government intends to revise the proposed laws.
Until these demands are met, the Gustizzja Ghal Artna campaign will continue to work for the full withdrawal of the two bills and the three draft legal notices. We once again express our heartfelt thanks for the public’s overwhelming support and invite everyone to remain alert and ready for the next steps in the fight for justice for our land.
******
Il-Kamp Ġustizzja għal Artna jintemm illum – il-kampanja se tkompli
Ninsabu qalbna mimlija wara dawn l-erbat ijiem fil-Kamp Ġustizzja għal Artna, fejn rajna ħafna solidarjetà, għadd kbir ta’ messaġġi ta’ appoġġ, atti ġenerużi ta’ inkoraġġiment, u fejn tkellimna ma’ nies minn kull qasam tal-ħajja. Nestendu l-gratitudni sinċiera tagħna lil kull min ħa sehem fil-kamp, kif ukoll lil dawk kollha li b’xi mod appoġġawh.
Nemmnu li l-messaġġ tagħna nstema’ ċar u tond, b’mod speċjali wara l-protesta tat-Tnejn filgħaxija, meta eluf ta’ nies li jħobbu lil pajjiżhom ingħaqdu flimkien biex jitolbu t-tneħħija ta’ dawn il-liġijiet tal-ippjanar distruttivi. L-għanijiet tal-kamp intlaħqu u l-attivisti llum se jibdew iżarmaw is-sit filwaqt li jħejju għall-passi li jmiss fil-kampanja Ġustizzja għal Artna.
M’għandniex dubju li l-liġijiet proposti kienu mfassla biex jaqtgħu xewqat l-iżviluppaturi, idgħajfu s-setgħa taċ-ċittadin ordinarju, u jwittu t-triq biex kull rokna tal-gżejjer tagħna timtela b’kostruzzjoni bla rażan.
Nieħdu nota wkoll tal-impenn li ddikkjara l-Gvern li jirrevedi b’mod sostanzjali l-liġijiet proposti fl-ippjanar u jikkonsulta mal-organizzazzjonijiet qabel ma jipproċedi bil-proċess parlamentari. Filwaqt li nilqgħu dan l-impenn, nemmnu bis-sħiħ li Malta teħtieġ proċess ġenwin ta’ riforma fl-ippjanar, imsejjes fuq il-ġid tal-pajjiż u niesu, mhux fuq l-interessi tal-iżviluppaturi. Għad irridu naraw sa liema punt u f’liema direzzjoni l-Gvern bi ħsiebu jirrevedi l-liġijiet proposti.
Sakemm jintlaqgħu dawn it-talbiet, il-kampanja Ġustizzja għal Artna se tkompli taħdem għall-irtirar sħiħ taż-żewġ abbozzi ta’ liġi u t-tliet abbozzi ta’ avviżi legali. Nerġgħu nesprimu r-ringrazzjament mill-qalb tagħna għall-appoġġ kbir tal-pubbliku u nistiednu lil kulħadd jibqa’ attent u jkun lest għall-passi li jmiss fil-ġlieda għall-ġustizzja għal artna.