Moviment Graffitti logo

Latest News

Miżieb and Aħrax Survey: vast majority opposes FKNK takeover

Over 95% of the respondents in a survey launched by Spazji Miftuħa have stated they disagree or strongly disagree with the restriction of access on the contested woodlands of l-Aħrax and il-Miżieb, the coalition has stated.

The survey, with over 680 respondents taking part, is currently hosted on spazjimiftuha.org.

The key findings of this survey are:

  • 90% disagree with the hunting lobby being granted management of these sites
  • Over 95% disagrees with restricting access to Aħrax and Miżieb
  • 95% think the proposal to hand over Aħrax and Miżieb to the FKNK is not transparent
  • 99% of the respondents think the public deserves more access to more open spaces

“The results of this survey are clear for all to see. The general public is opposed to government giving two massive public open spaces to an interest group that represents only its own members,” said a spokesperson for the coalition. “In addition to over 15,500 signatures against this secretive deal, we can now say that our arguments are backed up by numbers. Tellingly, almost all respondents (99%) are in favour of more open public spaces being made accessible to the population, not the other way round.”

In less than a month since its launch, Spazji Miftuħa has also received the backing of 60 groups and organisations endorsing the coalition and its demands.

The petition, survey and endorsement form can be found on www.spazjimiftuha.org. Spazji Miftuħa’s Facebook page is https://www.facebook.com/spazjimiftuha/.

The survey results can be viewed here.

_______________________________________________________________


Stħarriġ dwar il-Miżieb u l-Aħrax: maġġoranza kbira topponi t-teħid tal-aċċess mill-FKNK

95% ta’ dawk li wieġbu jinsabu dispjaċuti għan-nuqqas ta’ trasparenza

Iktar minn 95% ta’ dawk li wieġbu għal stħarriġ li sar minn Spazji Miftuħa iddikjaraw li ma jaqblux jew ma jaqblux b’mod qawwi mar-restrizzjoni għall-aċċess fuq l-artijiet ikkontestati tal-Miżieb u l-Aħrax, qalet il-koalizzjoni fi stqarrija.

L-istħarriġ, li kellu tweġiba minn 680 parteċipant, jinsab onlajn fuq spazjimiftuha.org.

Is-sejbiet ewlenin ta’ dan l-istħarriġ huma:

  • 90% ma jaqblux li l-lobby tal-kaċċa tingħata l-immanniġġjar ta’ dawn is-siti
  • Iktar minn 95% ma jaqblux mar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Aħrax u l-Miżieb
  • 95% jaħsbu li l-proposta biex l-art tgħaddi għand l-FKNK ma saritx b’mod trasparenti
  • 99% jaħsbu li l-pubbliku jistħoqqlu iktar aċċess għal iktar spazji miftuħa

“Ir-riżultati tal-isħarriġ huma ċari għal kulħadd. Il-pubbliku ġenerali huwa kontra l-għażla tal-gvern li jagħti dawn iż-żewġ spazji pubbliċi enormi lill-grupp li l-interess tiegħu hu li jirrapreżenta biss parti mill-membri tiegħu stess,” qal kelliem għall-koalizzjoni. “Minbarra li hemm ‘il fuq minn 15,500 firma kontra dan il-proġett sigriet, issa nistgħu ngħidu li l-argumenti tagħna huma sostnuti min-numri. Huwa sinifikanti li kważi dawk kollha li wieġbu (99%) huma favur li iktar spazji miftuħa jsiru aċċessibbli għall-pubbliku, u mhux bil-maqlub.”

F’inqas minn xahar mit-tnedija tagħha, Spazji Miftuħa rċeviet ukoll l-appoġġ ta’ 60 grupp u organizzazzjoni li appoġġaw il-koalizzjoni u t-talbiet tagħha.

Il-formola tal-petizzjoni, l-istħarriġ u tal-approġġ jinsabu fuq www.spazjimiftuha.org. Il-paġna ta’ Facebook ta’ Spazji Miftuħa hija https://www.facebook.com/spazjimiftuha/.

Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ jinsabu hawn.

Latest from our blog

Last Tuesday, Prime Minister Robert Abela was busy titillating developers with the prospect of changes to the Local Plans that...

Today, three Gozitan NGOs — Għawdix, Din l-Art Ħelwa – Għawdex, and Wirt Għawdex — together with Moviment Graffitti stormed Fort Chambray...

Moviment Graffitti is proud to announce the launch of ‘FEJN KONTU?!’, a commemorative exhibition that marks 30 years of activism...