Latest News

Central Link Approvat

Il-proġett li se jeqred 48,000 metru kwadru ta’ art agrikola, joqtol iktar minn 600 siġra, jiżola 1,200 ruħ u jkeċċi 47 bidwi – filwaqt li ma jsolvi assolutament xejn -għadu kemm għadda mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar bi 3 vota kontra u 9 favur.

Bħal m’għamel f’tad-db, ir-rappreżentant tal-awtorità li suppost tħares l-ambjent (l-ERA), il-Professur Victor Axiak (fir-ritratt), ivvota favur il-proġett.

Ma konna qed nistennew xejn differenti. Nafu li dan il-Bord huwa sempliċiment pupazz ta’ poteri ħafna ikbar. Anzi, jekk xejn, din kienet seduta li tatna ħafna kuraġġ, għaliex ir-residenti, l-bdiewa u l-ambjentalisti attendew bi ħġarhom, għamlu argumenti li ma seta’ jmerihom ħadd u wrew li huma forza qawwija.

Il-ġlieda ma tiqafx hawn. Nemmnu li bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd hawn is-saħħa biex din id-deċiżjoni traġika tiġi appellata.

Latest from our blog

Yesterday’s statement by Johann Buttigieg that he has transferred the directorship of a private company operating in the planning sector...

To this day, Carlo Stivala continues to profit from the illegal occupation of public land and the illegal structures he...

Nine NGOs have formally submitted their strong objections to the Planning Authority (PA) against a proposed planning policy that will...